Transport Malta ser tagħmel xogħol t’asfaltar fi Triq Marina Tal-Pieta` mil-lejla fit-8.00 ta’ filgħaxija. L-Awtorita’ kienet installat kanal tal-ilma ġdid f’din it-triq, wara li dak li kien hemm qabel instadd u beda jikkawża għargħar fit-triq.
Biex jitnaqqas l-inkonvenjent tat-traffiku, bejn it-8.00 sal-11.00 ta’ filgħaxija x-xogħol se jsir fuq korsija waħda biex jitħalla aċċess għall-vetturi, fiż-żewġ direzzjonijiet. Wara l-11.00, għal xi ħinijiet, it-triq mhix se tkun aċċessibbli. It-triq terġa’ tinfetaħ kompletament, kmieni filgħodu.
Transport Malta tħeġġeġ lis-sewwieqa biex kemm jista’ jkun jevitaw iż-żona, isegwu s-sinjali u l-istruzzjonijiet tal-uffiċjali fuq il-post u jsuqu b’attenzjoni.