Transport Malta ser tagħmel xogħol ta’ manutenzjoni fi Triq Aldo Moro ħdejn ir-roundabout tal-Marsa, bejn il-lum u il-Ħamis 17 ta’ Novembru mit-8.00 ta’ filgħaxija sas-6.00 ta’ filgħodu.
Waqt il-ħin tax-xogħol, din il-parti tat-triq direzzjoni lejn Raħal Ġdid ser tkun magħluqa għalhekk it-traffiku nkluż it-trasport pubbliku ser jgħaddi mill-ewwel slip way li tieħdok il-Marsa filwaqt li t-traffiku lejn il-Belt ser jgħaddi minn karreġġjata waħda.
Ix-xogħlijiet ser ikomplu fi Triq Diċembru 13 nhar l-Ħamis 17 u l-Ġimgħa 18 ta’ Novembru mit-8.00 ta’ filgħaxija sas-6.00 ta’ filgħodu.