L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu qed tavża lill-pubbliku li, bħala parti mill-programm tagħha ta’ manutenzjoni tal-bajjiet madwar pajjiżna, fil-jiem li ġejjin se tkun qed tagħmel xogħlijiet ta’ tfigħ ta’ ramel fil-Perched Beach ta’ Buġibba u fil-Bajja ta’ San Ġorġ, f’San Ġiljan.
Ir-ramel, li ġie importat mill-Ġordan wasal Malta llum, filwaqt li t-tixrid tar-ramel fil-bajja ta’ Buġibba hu ppjanat li jsir għada l-Erbgħa. F’San Ġiljan, dan ix-xogħol se jsir nhar it-Tnejn, 17 ta’ Ġunju.
L-MTA qalet li, biex tiġi żgurata s-sigurtà tat-traffiku, it-toroq li qed jintużaw għall-ħatt tar-ramel kemm fil-Bajja ta’ San Ġorġ fi Triq ix-Xatt ta’ San Ġorġ, kif ukoll f’parti minn Dawret il-Gżejjer f’Buġibba se jingħalqu għat-traffiku.
Hu mistenni wkoll li x-xogħlijiet ikomplu matul il-lejl kollu biex jiġi żgurat tlestija aktar mgħaġġla u l-inqas inkonvenjent possibbli għall-pubbliku.
L-awtorità rringrazzjat lill-pubbliku għall-koperazzjoni tiegħu
Għal aktar informazzjoni, wieħed jista’ jċempel fuq 22 91 50 00.