Bħalissa għaddejjin ix-xogħlijiet biex jitranġa l-konkos difettuż fil-pont tat-terminal tal-Gozo Channel fiċ-Ċirkewwa.
Dan wara li l-Gvern kien ħabbar li permezz tal-Aġenzija Infrastruttura Malta se jkun qed jagħmel tajjeb għall-ħsarat kbar, fil-pont tat-terminal taċ-Ċirkewwa li kien inbena taħt l-amministrazzjoni Nazzjonalista ta’ GonziPN, lura fl-2012.
B’kollox dan il-pont ġie jiswa €10 miljun, iżda wara snin bdew ħerġin xquq kbar fil-kolonni li jżommu l-istrutturi li jgħaddu minn fuqhom għadd ta’ passiġġiera kuljum.
Dawn ix-xogħlijiet qed isiru permezz ta’ qbil li ntlaħaq bejn il-Gvern u l-kuntrattur responsabbli minn dan il-proġett, sabiex dan tal-aħħar jagħmel tajjeb għal dawn il-ħsarat.
Dan wara li rriżulta li l-istruttura ma nbnietx skont standards Ewropej li kienu ġa jeżistu fl-2012.