Jerġa’ jirnexxielu! L-atleta popolari Usain Bolt ikkonferma l-kapaċitajiet tiegħu lbieraħ filgħaxija meta rnexxielu jirbaħ midalja tad-deheb oħra.
Din id-darba rebaħ il-kompetizzjoni tal-200 metru. Il-ħin li fih irnexxielu jagħmel din it-tellieqa huwa ta’ 19.78 sekonda, ħin normali għal Bolt, iżda xorta waħda jirnexxielu jissorprendi kull darba. Huwa għandu l-kapaċità li jagħti esebizzjoni eċċellenti f’kull kompetizzjoni.
“M’għandiex bżonn nibqa nuri x’naf. X’nista nagħmel aktar biex nuri lid-dinja li jien l-aqwa?” Dan qalu Bolt, li għandu 29 sena wara li rnexxielu jirbaħ it-tmien midalja Olimpika tiegħu.