Il-miżuri mħabbra mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u l-Ministeru għat-Turiżmu llum sabiex jizguaw ftuh sigur tal-istabbilimenti huma mfassla fuq tliet kuncetti.
Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu Johan Buttigieg qal li dawn il-kunċetti huma d-distanza soċjali, prattiċi ta’ iġjene u t-tnaqqis tar-riskju ta’ infezzjoni.
Dawn se jiżguraw kontabilità u responsabilità bejn l-impjegati, sid l-istabbiliment u l-klijenti.
Il-kunċetti jvarjaw skont jekk il-post huwiex lukanda, jew ristorant, swimming pools jew stabbiliment fuq bajja.
L-istaff irid ikun attrezzat b’disinfectant wipes, visors li jistgħu jitnaddfu, maskli tal-wiċċ u ingwanti disposable u fardal protettiv. Barra minn hekk l-istaff għandu jżomm id-distanza mill-klijenti u staff ieħor.
L-istabbiliment irid iżomm ukoll f’post promeninenti n-numri tal-Awtoritajiet tas-Saħħa.
L-istabbilimenti huma mħeġġa biex jekk jista’ jkun jużaw spazju fuq barra. F’każ ta’ postijiet li għandhom kemm fuq ġewwa kif ukoll barra, dawn se jkunu jistgħu jaraw l-imwejjed fuq barra biss.
L-ikel u x-xorb irid jiġi ordnat minn menus li jintużaw darba u jintremew, filwaqt li buffets mhux ser ikunu permessi.
L-ikel u x-xorb u dak kollu li jintuża magħhom irid jiġi servut f’kontenituri li jintremew, filwaqt li t-tipjip se jkun projbit anka fuq barra sa 10 metri ‘l bogħod mill-imwejjed.
Postijiet reġistrati bħala bars se jibqgħu magħluqa, filwaqt li postijiet oħra li jservu l-ikel iżda għandhom bar iridu jżommu dik il-parti magħluqa. Min jinqabad jikser xi waħda minn dawn ir-regoli jista’ jingħalaqlu l-ħanut.
Stabbilimenti li jużaw tankijiet tal-ilma li mhux imqabbda mal-ilma tal-Gvern iridu jimlew dikjarazzjoni separata li l-ilma huwa sigur minn mikrobi bħal-leġjonella.
Is-Sur Buttigieg qal li kull ħaddiem għandu dritt jaħdem f’ambjent sann u sigur. Semma li l-impjegati u min iħaddem għandhom b’mod attiv jikkontrollaw it-trasmizzjoni tal-covid waqt li qegħdin xogħol.
Aqra wkoll:
https://www.one.com.mt/2020/05/19/pajjizna-huwa-destinazzjoni-sigura-u-min-se-jimxi-mal-protokolli-se-jkun-certifikat-1/