Bomba oħra f’Brussell- bla dubju wieħed jinkwieta meta jisma aħbar bħal din wara l-attakki terroristiċi li saru u li fihom saħansitra kienu nvoluti l-Maltin.
Ħames persuni ġew arrestati b’rabta mal-bomba li saret dalgħodu f’laboratorju tal-kriminoloġija li jinsab fi Tramuntana tal-pajjiż, l-uffiċjali jemmnu li l-ħsieb wara din il-bomba kien li tintilef evidenza forensika.
Kien propju fis-2.00a.m li karozza baqgħet dieħla fl-ilqugħ tal-bini, b’xorti tajba ħadd ma kien fil-binja fil-ħin li splodiet din il-bomba.
Il-prosekuturi stqarru li din il-bija ma ntgħażiltx b’kumbinazzjoni iżda bl-għan li teqred numru ta’ dokumenti fundamentali ma’ investigazzjonijiet li għaddejjin.