Il-Prim Ministru Ingliż Theresa May ddikjarat li ser tagħmel minn kollox biex tikkontesta l-vot ta’ fiduċja b’rabta mat-tmexxija tal-Partit Konservattiv. Dan b’reazzjoni għall-vot ta’ sfiduċja li ser isir fil-House of Commons- hekk kif tmienja u erbgħin membru parlamentari mill-Partit Konservattiv talbu sabiex isir dan.
Theresa May wisset li f’każ li jkun hemm Prim Ministru ġdid, dan jista’ jwassal sabiex jitwal il-proċess ta’ Brexit jew l-iktar l-iktar jieqaf il-proċess tal-ġruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.
Il-proċess tal-vot beda għall-ħabta tas-sitta ta’ filgħaxija ħin Ingliż u mistenni li jdum għal madwar sagħtejn. Minkejja li l-maġġorparti tal-membri parlamentari mill-Partit Konservattiv qalu li ser jappoġġjaw lil Theresa May, il-votazzjoni xorta waħda hija sigrieta. Bir-riżultat mistenni li joħroġ ftit tal-ħin wara li tkun tlestiet il-votazzjoni.