Ir-Russja qalet li t-tħassib tax-xjentisti internazzjonali, dwar il-vaċċin tal-COVID-19 li ġie żviluppat minn xjentisti fir-Russja, huwa bla bażi.
Matul il-jum tat-Tlieta tħabbar illi r-Russja approvat il-vaċċin wara inqas minn xahrejn ta’ ttestjar fuq il-bniedem. Tant, li l-President Russu, Vladimir Putin, qal illi bintu wkoll intlaqmet mill-vaċċin. Madanakollu, esperti xjentifiċi Ġermaniżi, Franċiżi, Sġanjoli u Amerikani qajmu t-tħassib tagħhom dwar il-ħeffa li biha ħadmet ir-Russja.
Il-Ministru għas-Saħħa Russu, Mikhail Murashko qal illi dawn huma opinjonijiet tax-xjentisti li qed jaraw ir-Russja bħala kompetitur u li għandha vantaġġ biex toħroġ it-tilqima l-ewwel fis-suq għal kontra l-virus li laqgħat id-dinja kollha. Huwa żied jgħid li l-vaċċin se jkun disponibbli dalwaqt, tant li uffiċjali qalu li qed jippjanaw li jqassmu dan il-vaċċin f’Ottubru li ġej.
L-Għaqda Dinjija għas-Saħħa, l-WHO, qalet li kienet f’taħdidiet mal-awtoritajiet Russi dwar r-reviżjoni tal-vaċċin.