“Jiena mhix it-tipika xjentista li tara fuq it-televiżjoni fejn normalment naraw xi raġel kbir fl-età.”
Qalet dan iż-żgħażugħa ta’ ħmistax-il sena Gitanjali Rado li ġiet mogħtija t-titlu ta’ Kid of the Year fir-rivista TIME liema titlu ingħata għall-ewwel darba.
Rao ħolqot numru ta’ teknoloġiji ġodda fuq diversi setturi inkluż apparat li jidentifika l-ammont ta’ teħid ta’ ilma tax-xorb u applikazzjoni tal-mobile li tuża’ l-intelligenza artifiċjali sabiex jagħraf is-cyberbullying.
Iż-żgħażugħa Amerikana titama li tkun ta’ inspirazzjoni għall-oħrajn sabiex jibgħu joħolmu u jibqgħu jaħdmu sabiex isolvu l-problemi tad-dinja.