Ix-xufiera ta’ Malta Public Transport laqgħu lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg fl-istabbiliment tagħhom fil-venda ewlenija tal-Belt Valletta, fejn b’mod informali qasmu xi ħsibijiet li għandhom fuq kif wieħed jista’ jkompli jtejjeb l-operat ta’ dan is-servizz.
Il-Ministru rringrazzjahom għas-servizz li jagħtu, liema servizz huwa essenzjali għall-funzjoni tajba tat-trasport pubbliku. Fid-dawl li din is-sena pajjiżna ser ikun qed jilħaq in-numru rekord ta’ 50 miljun passiġġier, huwa fakkarhom kemm huwa importanti li flimkien mal-operatur tibqa’ għaddejja l-ħidma sabiex dan is-servizz li sar daqshekk importanti għal pajjiżna jkompli jingħata b’mod effiċjenti.
Borg għalaq billi qal li jħares ’il quddiem lejn aktar inizjattivi pożittivi u aktar ħidma favur servizz tat-trasport pubbliku ta’ kwalità aħjar.