Razzist, Sessist, Xenofobiku.
Le, dan mhux xi politiku tal-lemin estrem li bl-ideat tiegħu jipprova jdawwar il-massa kontra xi grupp ta’ nies jew ieħor.
Dawn l-aġġettivi ntużaw minn bosta biex jiddeskrivu lil Prim Ministru l-ġdid tar-Renju Unit, Boris Johnson.
Dan minħabba dikjarazzjonijiet kontroversjali li jħobb jagħmel li jispiċċaw jurtaw lil bosta.
Meta jisimgħu ismu, il-Maltin jiġihom f’moħħhom mal-lewwel il-kumment ċiniku li kien għadda dwar il-Bendy Buses meta ftaħar li neħħihom mit-toroq ta’ Londra u l-Arriva ġabithom f’Malta. Kumment li ma niżel tajjeb xejn mal-eks ministru Austin Gatt u l-gvern ta’ dak iż-żmien.
Crew ta’ One News tkellem ma’ bosta turisti Ingliżi u oħrajn minn pajjiżi Ewropej dwar il-ħatra Johnson bħala Prim Minsitru.
Uħud ħadu gost bil-ħatra tiegħu:
“What do you think of Boris Johnson’s election as Prime Minister?” Staqsa l-ġurnalist ta’ ONE News.
“I think it’s good actually. I think he’s gonna be alright. I hope we get a Brexit and I think he’s going to deliver. No matter what obviously.”
“I think it’s a good decision. I agree totally. We made a decision and we got to stick by it. And if he sticks by it, great. If he doesn’t well he’s not done what the people said. Democratic vote, should be sorted.”
“And do you think he will deliver?”
“I hope so”
Komplew jgħidu, “He’s better than Theresa May. He’s a bit of a unique character but I think he’s.. whoever gets it is not gonna be welcome by some so whoever it is, let him have a chance.”
“And do you think he will be successful in delivering a good Brexit?”
“For some maybe for others not. You know he’s.. there’s no one out there who can deliver the perfect Brexit for everyone. You are always going to have haters, you are always going to have people that love him.”
Oħrajn jidhru ċerti li l-ħatra tiegħu bħala Prim Ministru kienet żball li r-Renju Unit se jpatti għalih. Saħansitra kien hemm min qalilna kif jistħu jgħidu li persuna bħal Johnson huwa l-Prim Ministru tagħhom.
“What do you think of Boris Johnson’s election as Prime Minister?”
“I Say good luck to the British.” Qalilna wieħed.
“No comment” Kompla ieħor.
“And do you think he will deliver a successful Brexit?”
“Oh yes he will. Not successful but he will deliver a Brexit. I’m sure.” Ikkonkluda individwu ieħor.
“What do you think of Boris Johnson’s election as Prime Minister?”
“Disappointed, I wish it was Jeremy. Personally, I just think his views are much more extreme and all his, what he said about Muslims and the youth and females as a whole is very disappointing. How he is our prime minister is so upsetting.” Stqarr ieħor.
Minħabba l-karattru eċċentriku tiegħu ħafna qabbluh mal-President Amerikan Donald Trump.
Filfatt Amerikan li qiegħed fuq btala f’pajjiżna qalilna kif f’pajjiżu għandhom biżżejjed problemi u għalhekk ma jinħeliex fuq il-problemi tar-Renju Unit.
“What do you think of Boris Johnson’s election as Prime Minister?” Staqsa l-ġurnalist ta’ ONE.
“We’re from the US so.. we have our own problems.” Wieġeb it-turist Amerikan.
Hekk kif għadu fil-bidu tat-terminu tiegħu wieħed jista’ biss ibassar kemm l-eks sindku kontroversjali ta’ Londra se jagħmel suċċess bħala Prim Ministru. Madnkollu x-xemx minn filgħodu turik u ninsabu konvinti li mhux se jħallina neqsin minn mumenti umoristiċi u dikjarazzjonijiet kontroversjali.