Filwaqt li l-jum tat-Tlieta kien wieħed pjuttost xemxi u sabiħ, illum qomna għal jum mdallam u bix-xita bil-lejl tal-Halloween mistenni jkun wieħed bir-ragħad.
Skont is-sit tat-tbassir tat-temp, FirstMalta, mil-lum sa għada l-Ħamis se nerġgħu nesperjenzaw temp instabbli fuq il-gżejjer Maltin kawża ta’ pressjoni baxxa li se tkun qed tilħaq il-gżejjer Maltin.
Ix-xita hi waħda tal-ħamrija hekk kif l-irjieħat prevalenti minn fuq id-deżert qed jonfħu fid-direzzjoni tagħna fejn b’hekk qed jinġarr magħhom ammont ta’ trab fin li mistenni jiġi ddepożitat fuq il-gżejjer Maltin. Jidher li x-xita li hemm tistennina mistennija se tkun tal-Ħamrija hekk kif l-irjieħat prevalenti minn fuq id-deżert fid-direzzjoni tagħna se jġorru magħhom ammont ta’ trab fin li mistenni jiġi depożitat fuq il-gżejjer Maltin max-xita.
Il-mappa t’hawn fuq maħruġa mis-sistema SKIRON, tal-Universita’ ta’ Ateni, li tipproduċi tbassir tal-movimenti tat-trab qed turi ż-żona fejn mistennija dik magħruf bħala Wet Dust Deposition li tindika fejn t-trab li jinġarr fl-arja mistenni jiġi depożitat fuq l-art max-xita. Malta tidher fiż-żona indikata tax-xita tal-ħamrija.
Matul il-lejl ta’ bejn l-Erbgħa u l-Ħamis mistenni jkun lejl ikkumplimentat mir-ragħad.
Il-Ħamis filgħodu ix-xita mistennija tippersisti, bir-riħ idur u jilħaqna minn Nofsinhar F 3 – 5, temperaturi l-ogħla 23C, l-inqas 20C.