It-Tlieta filgħodu qomna b’temp aktar frisk u b’temperatura aktar baxxa li żgur qed tinżel għasel ma’ dawk li ma tantx iħobbu s-sħana. Iżda għal dawk li fl-aħħar jiem ħaslu l-karozza jew it-twieqi din ma tantx kienet għodwa li ħadu pjaċir biha, dan hekk kif matul il-lejl li għadda għamlet ħafna xita tal-ħamrija li kienet akkumpanjata minn riħ qawwi, sajjetti u ragħad.
Fil-fatt illum it-temperatura hija ta’ 31°C u fil-jiem tal-Erbgħa u l-Ħamis huwa mistenni li t-temperatura tinżel għal 29°C bit-temp jibqa’ bir-riħ.
Iżda jekk għandek tgawdi l-frisk, għamel dan b’mod immedjat hekk kif mill-Ġimgħa t-temperatura terġa’ tibda tiżdied u x-xemx terġa’ toħroġ tiżreġ.