Jidher li għada se tilħaqna x-xita, possibbilment bir-ragħad mal-ġurnata.
Dan tħabbar fuq is-sit FirstMalta (ara: http://www.firstmalta.com) fejn saħqet li se jilħaq lill-gżejjer tagħna, riħ Nofsinhar li jsir Punent b’Forza 4 sa 5.
L-ogħla temperaturi mistennija jkunu ta’ 14C waqt li l-inqas, mistennija tkun dik ta’ 10C.
Dan qed jiġri hekk kif bħalissa sistema ta’ pressjoni baxxa li tinsab fuq l-Italja se tkun qed tersaq iktar lejn iċ-ċentru tal-Mediterran u taffettwa lil gżejjer Maltin. Dan se jwassal sabiex it-temp instabbli jkompli jolqotna. Dan ġie msemmi mill-Universita’ ta’ Berlin li għandha l-awtorita’ li ssemmi s-sistemi ta’ pressjoni baxxa u għolja fuq iż-żona tal-Ewropa Ċentrali qed issejjaħ din is-sistema li se tkun qed taffetwana fil-ġranet li ġejjin bħala ‘Sabine’, il-verżjoni tal-isem ‘Sabrina’ bil-Ġermaniż.