Il-Milied hija waħda mill-aktar festi popolari, b’din tkun iċċelebrata b’diversi modi differenti. Dan jiddependi fuq il-kultura tal-pajjiż.
F’Jum il-Milied, il-Knisja Kattolika tfakkar it-twelid ta’ Ġesù Bambin, li twieled għar fil-belt ta’ Nazaret.
X’aktarx l-akbar mod ta’ kif jiġi ċċelebrat il-Milied huwa permezz tat-tiżjin, bl-aktar popolari hi s-siġra tal-Milied. B’mod partikolari l-pajjiżi li jinsabu fl-Ewropa jew fl-Amerka, id-djar jiżżejnu għal dan il-perkodu u mhux fid-djar biss, iżda anke fit-toroq u fl-irħula. Dan anki permezz ta’ Villaġġi tal-Milied, li jiġu organizzati, b’mod speċjali fl-ibliet.
Din il-festa hi magħrufa wkoll għall-ikliet tal-familji. Fost l-ikel hemm id-dundjan, il-mince pies li ġejjin mir-Renju Unit u l-Panettone mill-Italja.
U xi ngħidu għall-personaġġ ta’ Father Christmas, tant famuż mat-tfal. B’din il-figura ta’ raġel kbir fl-età libes l-aħmar u bid-daqna bajda huwa karattru prinċipali f’bosta reklami, f’dan il-perjodu festiv.
Il-maġġoranza tal-pajjiżi fid-dinja, jagħqdu l-festi tal-Milied max-xitwa. Mhux l-istess jista’ jingħad għan-Nofsinhar tad-dinja, b’mod partikolari l-Awstralja, fejn il-Milied jaħbat mal-istaġun tas-sajf.