Twerżieq u tixjijr tal-idejn. Dak li ġara meta sewwieq ta’ xarabank u persuni li kienu fit-triq kellhom xi jgħidu f’San Ġiljan.
Xi ħadd ġietu f’moħħu jieħu filmat ta’ dak li ġara u jagħmlu fuq YouTube. Aktarx li s-sewwieq kellu jieħu dawra xi ftit perikoluża, b’konsegwenza li ħasad persuni li kienu fit-triq. Mid-dehra dawn malajr irreaġixxew, b’waħdha minnhom allegatament tagħti daqqiet mal-ġenb tax-xarabank.
U minn hemm, is-sewwieq niżel u beda dan l-iskambju ma min kien fit-triq.