Il-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea kienet stabbilita mit-Trattat ta’ Liżbona fl-2009, bil-pajjiż li jkollu l-Presidenza jkun responsabbli biex jara li x-xogħol tal-Kunsill ikun qiegħed isir.
Il-Presidenza taħdem fuq bażi ta’ rotazzjoni kull sitt xhur, bil-pajjiż li jkollu l-Presidenza, kbir jew żgħir, ikollu opportunità biex jinfluwenza l-aġenda tal-Unjoni Ewropea.
Min ikun fil-Presidenza jmexxi l-laqgħat kollha tal-Kunsill bl-eċċezzjoni tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin.
Dan jitmexxa mir-Rappreżentant Għoli tal-Affarijiet Barranin, Federica Mogherini.
Il-Presidenza tirrappreżenta wkoll lill-Kunsill fir-relazzjonijiet ma’ istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni Ewropea. Dan japplika primarjament għar-relazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew biex jilħqu ftehim fuq il-fajls leġiżlattivi.
Tispjega aktar fid-dettal il-ġurnalista ta’ OneNews, Kelly Peplow.