Il-President Ċiniż Xi Jinping u l-President Russu Vladimir Putin għaddejjin b’taħditiet formali f’Moska. Ilbieraħ Putin laqa’ lill-“għażiż ħabib” tiegħu fil-Kremlin, u kellhom aktar minn erba’ sigħat ta’ taħditiet informali.
Skont il-midja Russa, Xi stieden lill-mexxej Russu biex iżur Beijing f’xi żmien din is-sena.
Dan fost tħassib li l-appoġġ taċ-Ċina għar-Russja – li bħalissa huwa uffiċċjalment ibbażat fuq it-teknoloġija u l-kummerċ – jista’ jsir ta’ natura militari.
Intant fi Kiev, il-Prim Ministru tal-Ġappun Fumio Kishida llum se jagħmel żjara sorpriża għal taħditiet mal-President Ukren Zelensky.
Il-Qorti Kriminali Internazzjonali l-ġimgħa li għaddiet ħarġet mandat ta’ arrest għall-President Putin għal allegati delitti tal-gwerra fl-Ukrajna.
Aqra aktar hawn: