Xi Jinping kiseb mandat storiku mill-parlament Ċiniż biex iservi bħala l-President tal-pajjiż għat-tielet terminu. Il-konferma għat-tielet mandat tiegħu kienet mistennija, madanakollu, l-għażla ta’ Prim Ministru u l-kabinett hija ferm aktar importanti.
Minn żmien Chairman Mao sal-2018, presidenti Ċiniżi setgħu jagħmlu sa żewġ termini fil-kariga, iżda, fl-2018, din ir-restrizzjoni inbidlet u għalhekk, Xi Jinping seta’ jerġa’ jitpoġġa fil-kariga ta’ President.
Il-komunità internazzjonali tefgħat għajnejha fuq il-Kungress Nazzjonali u l-Konferenza li qed isiru din il-ġimgħa hekk kif dawn jipprovdu ħarsa ġenerali lejn id-direazzjoni li se tieħu ċ-Ċina fis-snin li ġejjin.
Ritratt: AFP/Getty Images