Suċċess kbir għal kampanja fid-Danimarka biex il-koppji żgħażagħ ikollhom aktar tfal – biex jagħmlu lill-anżjani tagħhom aktar kuntenti!
Il-gazzetta Politiken tisma’ li disa’ xhur wara l-kampanja, fid-Danimarka sal-aħħar tas-sajf li ġej mistennija jitwieldu 1,200 tarbija aktar minn kemm twieldu s-sena l-oħra.
Ninna Thomsen, id-deputat sindku ta’ Kopenħagen u kummissarju għas-saħħa, qalet li “impossibbli tgħid li dan kien kollu dovut għall-kampanja iżda ċerta li għenet biex ikollna effett pożittiv”.
Id-Daniżi huma mħassba ħafna bl-aktar rata tat-twelid baxxa li hemm fl-Ewropa – 1.69 tarbija għal kull elf persuna – u għall-fatt li l-koppji qed ikollhom l-ewwel wild qed ikollhom ftit aktar minn 29 sena – ħames snin aktar minn dawk li saru ġenituri fl-1970.
In-nuqqas ta’ twelid, f’kull pajjiż, iħalli effetti negattivi fuq l-ekonomija, speċjalment għall-fatt li fil-ġejjieni ma jkunx hemm biżżejjed ħaddiema li jikkontribwixxu għall-pensjonijiet.