Dawn huma Mannani u Lina, żewġ anzjani Għawdxin li kien ilhom ma jidħlu fil-Kapitali għal diversi snin.
Iżda hekk kif ftit tal-jiem ilu ġihom iċ-ċans li jitilgħu mawra sa’ Malta u jżuru l-Belt Valletta, iż-żewġ anzjani baqgħu mistgħaġba bil-bidla enormi u sabiħa li saret fil-Belt.
Waħda mill-anzjani qalet li l-aħħar li daħlet fil-Belt kien bil-karroza tal-linja s-safra u li stenniet li ser terġgħa tara din ix-xena quddiema. Intant l-anzjana l-oħra baqgħet mistgħaġba bil-bidla mill-isbaħ li saret fi Pjazza Tritoni.
L-anzjani temmu l-mawra tagħhom billi reġgħu ġeddu l-memorji b’ kikra te fis-Suq tal-Belt.