Il-forzi tal-ordni responsabbli mis-sigurtà fl-ajruport illum kellhom jitħarrġu għal ħabta tas-siegħa wara nofsinhar. Iżda, dan it-taħriġ ma sarx għax minflok l-uffiċjali ħarġu fuq inċident reali ftit wara s-sebgħa ta’ filgħodu. Dak li ħalla ħames persuni mejta.
L-Aġent Direttur tal-Protezzjoni Ċivili, Emanuel Psaila, qal fil-programm Pjazza li għaddej bħalissa li meta waslu fuq il-post sabu l-ajruplan kważi mitfi għaliex kienu wieġbu b’ħeffa immedjata s-servizzi tal-emerġenza tal-ajruport.