Il-President onorarju tal-għaqda Repubblika u ħu d-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina ħareġ jgħid li kif titniffes l-għaqda Repubblika, tinżlu.
Dan f’attakk u theddida ċara kontra Laburisti wara li Jason Micallef espona kif ġurnalista ta’ Newsbook, il-midja tal-Knisja, kienet qed tingħata mistoqsijiet mingħand Jason Azzopardi, Robert Aquilina nnifsu u Alessandra Dee Crespo.
Dan biex il-ġurnalista ssaqsihom f’konferenza tal-aħbarijiet li għamel l-eks Prim Ministru Joseph Muscat wara li sar magħruf li l-inkjesta maġisterjali ġiet sottometta fil-jum li fetħu n-nominazzjonijiet għall-elezzjonijiet tat-8 ta’ Ġunju li ġej.
Dee Crespo titkellem fl-attivitajiet ta’ Repubblika u hi l-Kanċillier fi Tribunal tal-Knisja.
Fuq facebook, wara li Monique Agius, il-ġurnalista ta’ Newsbook u kandidata Nazzjonalista f’elezzjoni ġenerali, tant li fi żmien Simon Busuttil ħarġet fuq żewġ distretti u ġabet mal-mitt vot, Robert Aquilina deherlu li wara li nkixef u nqabad, qal li qed isir attakk faxxista kontra Repubblika u l-ġurnalist.