Dan huwa t-taraġ minn fejn il-passiġġieri li kienu jużaw is-servizz tal-ferrovija lkienu jinżlu biex jaqbduha. Tajjeb ngħidu li fi ż-żmien il-gwerra, kien jintiża bħal klassi fejn l-istudenti kienu joqogħdu bil-qegħda jsegwu l-lezzjonijiet, allura dan it-tarag kien iservi bħala klassijiet.
“Hawn ninsabu fil-mina n-naħa tal-Furjana, hawn kien hawn l-istazzjon, l-unika stazzjon taħt l-art, li kien hawn mar-rotta kollha. Il-ferrovija kienet tiġi minn warajja, mill-Belt, biex wara li tgħabbi u tħott hawnhekk, tibqa sejra biex toħroġ minn fejn il-Bieb tal-Bombi fi triqtha lejn ir-Rabat.”
PAUL GALEAREKLAMSKROLLJA BIEX TKOMPLI
Paul Galea spjegalna li dawn il-mini taħt l-art saru kollha bl-idejn.
“Din hija mina li ġiet imħaffra bil-fis u bil-baqqun. Kien hemm żewġ timijiet, wieħed min naħa u l-ieħor mill-oħra. Warajja wkoll in-naħa ta’ fuq hemm il-bokka, l-airvent li ma sarx biss biex ikun airvent imma minnu kienu jtellgħu id-debris li tħaffer, kienu jtellgħuh fil-bxiekel, imbagħad jittieħdu bil-ħmar jew żiemel fuq il-karretun.”
PAUL GALEA
Galea wriena wkoll speċi ta’ karretti li kienu jservu biex jinġarru l-bagalji tal-passiġġieri, li minnhom hemm tnejn biss. Hu jixtieq li dawn xi darba jkunu rrestawrati.
Ħolma oħra li għandu Galea hija li xi darba dan il-post ikunu mibdul għal kif kien oriġinarjament, aktar aċċessibbli. B’hekk il-pubbliku Malti flimkien mat-turisti li jżuru pajjiżna, ikunu jistgħu igawdu aħjar dan it-teżor li joħodna lura fi snin, u tkunu tista’ titgawda aħjar paġna oħra mill-istorja tat-trasport f’pajjiżna.