Ir-rapport tal-Awditur Ġenerali dwar l-evalwazzjoni tal-ftehim biex ikun iddisinjat u mibni l-Akkwarju Nazzjonali f’Buġibba huwa prova oħra ta’ kemm il-Partit Nazzjonalista ma jistax jippretendi li jagħti l-lezzjonijiet f’dik li hi governanza pubblika.
Fi stqarrija il-Partit Laburista qal li art li l-Awditur Ġenerali stmaha għal €15-il miljun ingħatat mingħajr ħlas fl-2011. Dan fi żmien meta politikament responsabbli mid-Dipartiment tal-Artijiet kien hemm id-Deputat Jason Azzopardi, li llum hu magħruf għal-lista ta’ stejjer fejn min iħallas it-taxxa mar minn taħt minħabba d-deċiżjonijiet tiegħu.
Involuta wkoll kien hemm l-Awtorità għat-Turiżmu li politikament responsabbli minnha kien hemm Mario De Marco, li bħal Azzopardi għadu fil-qalba tal-Partit Nazzjonalista sal-lum.
Filwaqt li l-proġett tal-Akkwarju huwa wieħed li l-pajjiż għandu jkun sodisfatt bih u jappoġġja għaliex iżid il-valur tal-prodott turistiku,jserviwkollbħala eżempju ieħor ta’ kif kien jimxi l-Partit Nazzjonalista mill-gvern. Fejn l-interess ta’ min iħallas it-taxxa ikun injorat u mhux imħares.
Il-Partit Laburista temm jgħid li din hija prova oħra ta’ kif il-Partit Nazzjonalista ma jistax jitkellem fuq governanza tajba.