Kompliet il-kumpilazzjoni tal-evidenza kontra Jeremie Camilleri, mixli bil-qtil ta’ Pelin Kaya fil-Gżira.
Xehed raġel li kien għaddej bil-karozza wara l-ħabta fl-istabbiliment fil-Gżira, li qal li ra raġel iwaddab il-ġebel lejn mara. Huwa stqarr ukoll li ċempel lill-Pulizija u telaq lejn daru mill-ewwel.
Xhud ieħor iddeskriva x-xena li ra quddiem għajnejh dak il-lejl. Irrakkonta li ra madwar tletin persuna quddiemu u tfajla mixħuta mal-art. Qal li huwa ħa filmat bil-mobile tiegħu; filmat li se jidher fil-Qorti f’data oħra.
Persuna oħra qalet li rat għadd ta’ nies jippruvaw jgħinu lit-tfajla, u meta l-imputat qal hekk, allegatament beda jattakka lin-nies l-oħra. Iddeskriva kif Camilleri allegatament kien qiegħed jifraħ u jgħajjat, anke waqt li gara ġebla kbira fuq ras il-vittma, u x-xhud qal li ma jista’ qatt jifhem kif bniedem jista’ jagħmel dan wara li jkun qatel persuna.
L-aħħar xhud kien raġel li kien faċċata tal-pompa tal-petrol f’ħanut ieħor. Stqarr li wara li ħabat l-imputat, mar fil-ħanut fejn kien qiegħed ix-xhud biex jitlob għall-ilma, u saħansitra sħebb għal tal-ħanut.
Dan għamlu qabel allegatament mexa minn hemm u beda jagħti lil raġel ieħor li kien qed jaħsel il-karozza tiegħu.
Ix-xhud kompla jispjega li Camilleri deher bilqiegħda għal ftit minuti, u malli waslu l-Pulizija fuq il-post kellu jiġi kkalmat b’taser.