Skont l-aħħar stqarrija għall-istampa li saret mill-Partit Laburista, f’xhieda fil-Qorti f’każ investigat mill-Pulizija wara li ħadmu s-sistemi interni ta’ checks and balances fi ħdan Identità, irriżultat bl-ikar mod ċar kif l-allegazzjoni li ħarġu 18,000 karta tal-identità falza mll-istess Identità ma kienet xejn għajr allegazzjoni bla bażi li l-Partit Nazzjonalista bbaża fuqha attakki politiċi, talbiet għar-riżenji u saħansitra protesti.
Saħansitra kienet il-midja tal-Partit Nazzjonalista li fl-aħħar sigħat kellha tirrapporta kif minn din ix-xhieda tal-prosekuzzjoni fil-Qorti rriżulta li kien hemm biss seba’ allegati każi. Każi li nqabdu għax l-awtoritajiet kienu effettivi fis-sistemi tagħhom li jaqbdu l-abbuż qabel kwalunkwe rapport fil-midja.
L-ironija hija li l-istess membri parlamentari Nazzjonalisti li qattgħu l-aħħar xhur jirrepetu dak li mhux sewwa, fosthom il-Kap tal-Oppożizzjoni nnifsu u l-kelliem tal-Intern Darren Carabott, waqgħu fil-muta. Anke meta ilhom jafu żmien li dak li bdew jallegaw, ma kienx minnu.
Hija ħasra li anke min suppost huwa ġdid bħal Darren Carabott, f’dawn ix-xhur bħala kelliem għall-Intern kien aktar interessat mill-media headlines milli mill-verità. Jekk Darren Carabott kien u huwa daqshekk inkompetenti mqar bħala kelliem fl-Oppożizzjoni, mur ġib jekk jingħata fiduċja fil-Gvern. L-anqas ħaġa li jista’ jagħmel huwa li jitlob skuża lill-mijiet ta’ ħaddiema u mal-poplu Malti u Għawdxi.
Meta jkollok partit politiku li minflok li jirringrazzja l-ħaddiema u l-awtoritajiet li jkunu għamlu xogħolhom, jibbaża l-politika tiegħu fuq kampanji ta’ qerq u gideb, f’dan il-każ bil-gidba li kien hemm 18,000 karta tal-identità falza, ikun qed juri b’mod ċar kif m’għandu xejn x’joffri lill-pajjiż.
Aqra aktar: