Għada s-Sibt 19 ta’ Jannar fl-Oratorju tal-Madonna tal-Karità biżwit il-Knisja tan-Nawfraġju ta’ San Pawl il-Belt Valletta se jkun hemm kunċert solo mill-mużiċista tal-vjola Lucile Boulanger. Il-festival se jieħu lill-pubbliku l-Isla fl-Oratorju ta’ Maddalena ai piedi di Cristo ta’ Antonio Caldara u mtella’ minn Divino Sospiro.
Xi prestazzjonijiet tassew prominenti fit-tieni ġimgħa huma Bach’s Cello Suites minn Isang Enders (21 u 22 ta’ Jannar) fil-Knisja tal-Madonna ta’ Portosalvo fl-Isla. Wara hemm Charlie’s Baroque Angels bil-possibiltà li tiltaqgħu mal-artist Charlie Siem fil-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal-Għaxaq (21 ta’ Jannar). Fit-22 ta’ Jannar l-oratorju San Mattew Passion se jkun imtella’ minn Orchestra of the Age of Enlightenment fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann. Fit-23 ta’ Jannar se jittella’ Il Trionfo del Tempo e del Disinganno ta’ Händel imtella’ minn Armonia Atenea fit-Teatru Manoel u Missa in Illo Tempore ta’ Claudio Monteverdi imtellgħa minn Cantar Lontano fil-Knisja Parrokkjali tal-Assunta fil-Qrendi.
Xogħlijiet li se jittellgħu huma Bach and Beyond imtella’ minn SIGNUM saxophone quartet fil-Mużew tal-Arkeoloġija (24 ta’ Jannar) u Path of Love – Masaar Hubb li jgħaqqad il-mużika ta’ Bach fuq il-klaviċembalu mal-Oud u poeżiji bl-Għarbi f’taħlita perfetta. Paul Gulda u Marwan Abado se jeħdukom fuq dan il-vjaġġ speċjali nar is-Sibt 26 ta’ Jannar f’12.00 p.m.
Għall-programm kollu żuru http://vallettabaroquefestival.com.mt/programme/