Nirien kbar qerdu wieħed mill-isbaħ widien u pittoresk f’Malta, dak tal-Isperanza fil-Mosta. In-nirien kbar qerdu partijiet ta’ Wied il-Għasel kif ukoll partijiet oħra, fost oħrajn fejn hemm il-Kapella ta’ San Pawl tal-Qlejja u viċin iċ-Chadwick lakes.
Minkejja li fil-viċin hemm residenzi, jidher li n-nirien ma ġibdux biżejjed attenzjoni tant li medda kbira tħalliet tinqered. Kienu l-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili li kkontrollaw in-nirien wara li rċivew telefonata li jaf salvat dak il-ftit li fadal minn dan il-wied.
Dan il-wied huwa pulmun naturali u wieħed importanti għall-lokalità tal-Mosta. Fil-fatt ir-residenti esprimew id-dispjaċir tagħhom għal kif in-nirien qerdu dan il-ġawra naturali tant magħruf għas-sbuħija tiegħu.
Dawn ir-ritratti juru l-wied wara li nħakem minn nirien: