Illum jum San Valentinu…fatt importanti għal min nesa jixtri xi warda. Dwar min kien Valentinu hemm diversi teoriji. Fosthom li huwa qaddis Kattoliku, u li kien qassis Kristjan li kien jgħix Ruma fis-snin 200. Huwa kien Isqof ta’ Terni fl-Italja li ssejjaħ biex jaqdi dmiru f’Interamne.
Hemm in-nies kellhom drawwa jiżraw fjuri fil-ġonna u jagħtuhom lil-maħbubin żgħażagħ. Għalhekk normalment jagħtu fjuri llum. Il-warda l-ħamra kienet il-fjura favorita ta’ Venere, l-alla Rumana tal-imħabba, u jista’ jkun għalhekk li llum il-ward irid ikun aħmar.
F’dan il-ħin kien hemm liġi tal-imperatur, Claudius II, li koppji żgħażagħ ma jiżżewġux. Dan għax ried suldati mhux miżżewġin fl-armata tiegħu, għax ma riedx li jħallu nisa, għarajjes u familji imkissra, peress li dak iż-żmien li battalji kienu mdemmija ħafna.
Din il-projbizzjoni sfidaha Valentin u żewweġ ħafna koppji żgħażagħ. Għalhekk, sab ruħu l-ħabs u kkundannat għall-mewt mill-Imperatur Marcus Aurelius. Meta kien fil-ħabs jistenna l-eżekuzzjoni, żar ħafna żgħażagħ li tawh fjuri jew għaddewlu messaġġita’ kuraġġ, messaġġi li jgħidulu li jemmnu fl-imħabba.
Valentin ltaqa’ ma’ bint dak li jieħu ħsieb il-ħabs u sar iħobbha. Kien frott din l-imħabba u li oriġinat l-użanza tal-kartolini f’dan il-jum. Valentin kien irenxxilu jingħatilha karta bi kliem ta’ mħabba, iffirmata ‘Valentin tiegħek’.
Illum, jista’ jkun li kartolina mhux biżżejjed. Ma ssibx ħanut li mhux armat…saħansitra t-traffic lights għandhom qalb ħamra minflok id-dawl aħmar normali li jwissik li trid tieqaf tistenna! Fl-Istati Uniti llum se tinxtara b’iktar minn $1 biljun ta’ ċikkulata, u huwa stmat li jsiru medja ta’ 220,000 proposti ta’ żwieġ f’Jum San Valentinu kull sena.
Tagħmel x’tagħmel, jekk tħobb lil xi ħadd, illum qis li almenu tgħidlu. Xi kultant din taf tkun biżżejjed.