Għalkemm is-sħana għadha ma daħlitx bħas-snin preċedenti, il-maġġoranza tal-maltin qed jistennew bil-ħerqa l-wasla tas-sajf u t-temperaturi li jġib miegħu dan l-istaġun. Bosta huma l-familji u l-individwi li jmorru jgawdu dawn il-jiem viċin xi bajja, waqt li jorganizzaw xi BBQ mal-ħbieb, filwaqt li ma tonqosx xi ħobża biż-żejt u flixkun birra.
Apparti dan kollu, hemm bosta affarijiet li wieħed jista jieħu miegħu meta jagħmel dan, u jagħmel żgur li jkun preparat sa snienu. It-tim ta’ ONE lesta lista t’aċċessorji interessanti li tista’ ssib fuq Amazon sabiex tkun tista’ tgawdi s-sajf aħjar.
1. Siġġu, cooler u umbrella
Umbrella u siġġijiet huma prattikament in-norma li tieħu miegħek meta tmur sa ħdejn il-baħar. Apparti dawn, għandek ukoll cooler bejn is-siġġijiet sabiex iżżomm l-affarijiet kesħin fil-kumdità tiegħek. Agħfas hawn sabiex takkwista!
2.Ankra għall-Kayak, SUP, JetSki jew dgħajsa żgħira
Għal dawk in-nies li għandom SUP, kayak, JetSki jew xi dgħajsa żgħira, żgur li jsibu ta’ użu ankra li faċilment tinġarr minn post għall-ieħor. B’piż ta’ madwar 700gramma magħmulha minn materjal Carbon galvanizzat kif ukoll ħabel b’tul ta’ 10 metri magħha. Agħfas hawn sabiex takkwista!
3.Blanket għall-baħar jew Camping
Ikkomoda bejn 10 u 12-il adult fuq spazju ta’ 3 metri b’2.75metri. Spazju biżżejjed biex tintefa’ għal kwiet tgawdi l-bajja, tilgħab xi logħob mal-familja u ħbieb, filwaqt li tnaqqar mill-platters madwarek. Faċli biex tinġarr, b’piż ta’ madwar 600gramma u tiġi kompatta f’baskett ta’ 21ċm bi 15-il ċm. Erbgħa kompartamenti fil-kantuniera fejn tista’ taħbi oġġetti ta’ valur, filwaqt li l-materjal tagħha huwa apposta għall-ilma kif ukoll għar-ramel. Agħfas hawn sabiex takkwista!
4.SUP board
Inflatable SUP Board faċli biex tinġarr minn post għall-ieħor, b’piż ta’ 8kg biss li terfa’ sa massimu ta’ 150kg. Ideali kemm għal dawk li għadhom jibdew, kif ukoll għal dawk iktar avvanzati. Tinkludi kull m’ għandek bżonn: bħal paletta, pompa tal-arja, backpack, fins kif ukoll waterproof bag. Agħfas hawn sabiex takkwista!
5. Kamp tal-baħar
Magħmul minn materjal waterproof, dan il-kamp itik protezzjoni mix-xemx, rih u xita. Jiġi f’kobor ta’ kważi 2metri b’2 metri, filwaqt li jiġi miġbur ġo baskett ta’ 60ċm bi 15-il ċentimetru. Jista’ jiġi armat faċilment minn persuna waħda mingħajr diffikulta. Aghfas hawn sabiex takkwista!