Il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi qed javża li l-ispeed camera li ġiet installata fi Triq Monsinjur Mikiel Azzopardi, ċioe il-bypass tas-Siġġiewi, se tibda taħdem minn nhar l-Erbgħa, 8 ta’ Marzu.
Il-Kunsill jappella biex is-sewwieqa jsuqu b’mod reponsabbli u ma jaqbżua il-limitu ta’ veloċità ta’ 60 kilometru fis-siegħa.
Intant, xerred il-kelma, biex dak li jkun ma jeħilx ċitazzjoni. Aktar importanti minn hekk, b’sewqan iktar bil-galbu, jaf ikunu evitati aktar traġedji fit-toroq tagħna.