John Ebejer ta’ 37 sena minn Tal-Pietà kien immultat wara li nstab ħati li xerred filmat pornografiku tal-eks sieħba tiegħu. Il-filmat juri lilu u lill-eks sieħba tiegħu f’relazzjoni intima.
L-akkużat wieġeb ħati, u l-Prosekuzzjoni talbet għal ordni ta’ protezzjoni fuq il-vittma.
Il-Qorti ordnat li Ebejer iħallas multa ta’ €4,500, u appellat lill-awtoritajiet sbiex jemendew il-liġi dwar dan is-suġġett, hekk kif il-verżjoni bl-Ingliż tgħid li dawk ħatja ta’ dan it-tip ta’ reat għandhom jeħlu sa’ ħames snin ħabs, u l-verżjoni bil-Malti tgħid li dawn għandhom jingħataw sentenza ħabs jew multa.
Għal dan il-każ, il-Qorti mxiet mal-verżjoni tal-liġi bil-Malti.