“Xeni xokkanti.”
Hekk qed iqisu dak li qed jaraw b’għajnejhom il-ħerba li ħalliet il-maltempata bl-isem ta’ ‘Daniel’ fil-Libja.
L-iġsma bla ħajja tan-nies li qed jitilgħu mal-kurrent tal-għargħar qawwi fuq l-art qed jindifnu f’boroż tal-plastik f’dawk meqjusa bħala oqbra tal-massa. Jiġifieri li f’post wieħed ikun hemm midfuna aktar minn għaxar persuni f’daqqa.
Il-midja internazzjonali qed tirrapporta kif aktar minn 2,300 persuna mietu meta l-għargħar, b’qawwa ta’ tsunami, laqat ċertu żoni fil-Libja, partikolarment lill-Belt ta’ Derna.
Aktar minn 10,000 persuna qed jitqiesu mitlufa taħt l-ilmijiet tal-għargħar, bit-tama hija ferm żgħira li dawn jistgħu jinstabu ħajjin.
Xena xokkanti oħra hija r-ritratti, kemm fuq il-midja soċjali kif ukoll ma’ diversi żoni fil-pajjiż ġar tagħna, ta’ nies, fosthom tfal mitlufa.
Ara wkoll: