Mijiet ta’ persuni kellhom jidħlu jistkennu f’kantina ta’ wieħed mill-akbar binjiet f’Mariupol fl-Ukrajna. Dan minħabba s-sitwazzjoni li eskalat f’din il-belt qrib il-port.
Fl-istess belt hemm problema ta’ ikel hekk kif dan qed issir aktar skars u kif ukoll hemm bżonn urġenti ta’ għajnuna medika.
Il-belt tinsab imdawra bit-truppi Russi b’aktar minn erba’ mitt elf persuna maqbuda mingħajr ilma.
S’issa jidher li diġà mietu 2,400 persuna f’din il-belt.
Ix-xeni fit-toroq ta’ din il-belt huma tal-biki dan hekk kif ħafna mill-katavri qed jitħallew mixħuta għal għonq it-triq u dawk li jinġabru qed jindifnu f’oqbra komuni kollha flimkien mingħajr tislima xierqa.