Jum wara li tela’ s-separju fuq ir-renju ta’ bluha f’pajjiżna, is-Sibt filgħodu l-Belt kapitali Maltija kienet miżgħuda bin-nies u ċkejknin sabiex jiċċelebraw il-Karnival.
Fil-jum li jiġi ċċelebrat il-Karnival tat-Tfal, il-Belt Valletta, b’mod partikolari fi Pjazza San Ġorġ kienet mimlija karrijiet ġganteski u kkuluriti.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2023/02/18113541/Karnival-7.jpeg)
Din ix-xena mill-isbaħ kienet ikkumplimentata b’diversi żeffiena b’kostumi kbar u li jsaħħru l-għajn.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2023/02/18113551/Karnival-2-1024x684.jpeg)
F’dawn il-jiem tal-Karnival tiġi ċċelebrata l-ħila artistika u d-dedikazzjoni ta’ dawk kollha li jistennew dan iż-żmien b’tant ħerqa.
Il-jiem tal-Karnival organizzati minn Festivals Malta, bdew jiġu ċċelebrati proprju lbieraħ u għad baqalhom sa nhar it-Tlieta 21 ta’ Frar.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2023/02/18113602/Karnival-3-1024x576.jpeg)
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2023/02/18113621/Karnival-6-1024x684.jpeg)
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2023/02/18113635/Karnival-4-1024x684.jpeg)