Sena wara minn meta bdiet il-gwerra fl-Ukrajna, din il-ġimgħa AWLA se jwassal xeni ta’ qsim il-qalb b’filmati xokkanti u esklussivi mill-gwerra.
Waqt AWLA, se naraw koppja mill-Ukrajna li ħarbu minn pajjiżhom, ġew maħtufa iżda issa jinsabu Malta.
Id-diskussjoni f’AWLA tissokta b’panel ta’ mistiedna li jinkludu lil Ambaxxatur John Debono, kif ukoll lil Marc Vella Bonnici, u l-ġurnalisti Neil Camilleri u Giuseppe Attard, il-ġurnalisti li marru diversi drabi jirrappurtaw minn ġewwa l-Ukrajna waqt l-invażjoni Russa.
Il-produzzjoni ta’ Awla qed twassal Avviż importanti li l-programm AWLA tal-lejla huwa BISS għal udjenza matura, minħabba ritratti u filmati grafiċi li ser jidhru.
AWLA, kull nhar ta’ Tlieta fid-9pm fuq ONE