It-tielet episodju ta’ Jackpot 4 fuq ONE kien intemm bi splużjoni tal-karozza ta’ Profs Deguara, iżda ħafna segwaċi kellhom kurżita’ minn kien hemm fiha. Fir-raba’ episodju, li xxandar ilbieraħ, f’xena ta’ qsim il-qalb, ħafna segwaċi ta’ din is-sensiela qatgħu l-kurżita’ min kien hemm fil-karozza ta’ Profs Deguara.

Kien it-tifel tiegħu. Ir-raba’ episodju minn din is-sensiela li qed tiġbed lejha ħafna segwaċi ntemm bi Profs Deguara jibki quddiem ix-xena makabra ta’ ibnu. Xena u tmiem li ħalla ħafna mistoqsijiet.
Jackpot 4, ikompli nhar l-Erbgħa 26 t’Ottubru fid-9pm fuq ONE