Ħaddiema tal-Ajruport ta’ Gatwick f’Londra għandhom biċċa xogħol mhux tas-soltu dalgħodu wara li ħsara teknika ħarbtet is-sistema tal-iscreens li fuqhom tintwera l-informazzjoni dwar it-titjiriet. Il-ħaddiema jridu jiktbu l-informazzjoni fuq bord u jaġġornaw kull ftit minuti.
Ritratti li qed jimxu fuq il-midja soċjali juru passiġġieri jippruvaw jiksbu l-informazzjoni dwar it-titjiriet tagħhom waqt li l-imsejkna ħaddiema għaddejjin jaġġornaw il-kitba tagħhom.
Fi tweet, l-Ajruport skuża ruħu għas-sistema difettuża, u talab lill-passiġġieri jsegwu l-istruzzjonijiet li jingħataw minn ħin għall-ieħor minn fuq l-ispeakers.
We are sorry, but due to an IT issue our flight information is not displaying correctly. Please use the temporary flight boards in the departure lounges or listen for airline flight announcements. We are expecting to resolve the issue soon and apologise for the inconvenience.
— Gatwick Airport LGW (@Gatwick_Airport) August 20, 2018