Xemx u xita Alla jaf meta iżda permezz tat-teknoloġija tal-lum saret aktar faċli biex minn ġimgħa qabel ikollna ħjiel ta’ kif se jkun it-temp.
Is-sit tat-tbassir tat-temp FirstMalta rrapporta kif it-temp matul il-ġimgħa d-dieħla se jkun affettwat prinċiparjament minn sistema ta’ pressjoni baxxa li se tkun qed taffettwa l-Punent tal-Mediterran u tersaq lejna, iżda għal darb’oħra se tkun qed tolqot b’mod vjolenti fuq in-nofsinhar tal-Italja u fuq Malta se nintlaqtu biss bit-tarf ta’ din is-sistema.L-iktar li nistgħu nintlaqtu huwa matul nhar it-Tlieta hekk kif hemm ċans ta’ xita, filwaqt li naraw li r-riħ se jilħaqna mil-Lbiċ għada t-Tnejn u dan se jwassal żieda fit-temperatura u wkoll tinħass ftit ogħla. Iżda dan jinqeleb matul il-ġurnata tat-Tlieta malli tasal fuqna s-sistema ta’ pressjoni baxxa li tista’ ġġib magħha x-xita u wara t-temperaturi mistennija jerġgħu lura għal-medja ta’ dan il-perjodu tas-sena.
It-Tnejn, 19 ta’ Novembru, it-temp mistenni jkun imsaħħab jibnazza ftit għal wara Nofsinhar, l-ogħla temperatura tilħaq il-21C, l-inqas 19C. Riħ Nofsinhar il-Lbiċ F 3 -4 jitqawwa sa Forza 5 iktar tard
It-Tlieta, 20 ta’ Novembru, Ċans ta’ xita, l-ogħla 21C, l-inqas 17C, Ir-riħ mil-Lbiċ jilħaq Forza 5 – 6, u b’buffuri li jilħqu F 7 f’xi ħin (Wind Gusts)
L-Erbgħa 21 ta’ Novembru, Bnazzi u xemxi, l-ogħla 20C, l-inqas 16C, Punent Forza 4 – 5
Il-Ħamis 22 ta’ Novembru, Bnazzi, l-ogħla 20C, l-inqas 16C, Punent Majjistru Forza 3 – 4
Il-Ġimgħa 23 ta’ Novembru, Bnazzi, l-ogħla 21C, l-inqas 17C, Nofsinhar ix-Xlokk Forza 2 – 3