L-għaxra ta’ Frar, in-nawfraġju ta’ San Pawl. Ġrajja li l-poplu Malti u Għawdxi jiċċelebra bħala festa pubblika, partikolarment bil-Pawlini.
Fil-Festa ta’ San Pawl Nawfragu fil-Belt Valletta stajna ninnutaw ukoll bosta turisti, li ħadu l-opportunità biex filwaqt li jgawdu t-temp, jesperjenzaw il-festa Maltija.
Waqt ċelebrazzjoni mill-isbaħ b’għadd ta’ persuni wara l-marċ, turist spjega kif il-festa hi waħda mimlija brijju iżda fl-istess waqt paċifika.
Huwa qal: “The feast, it’s like a holiday to everyone innit, so people enjoying themselves, peaceful and well just everybody just having fun.”
Ma naqasx lanqas it-tifħir għat-temp xemxi ta’ gżirijietna, kif ukoll il-karattru dħuli tal-Maltin.
Qalu: “It’s a lot of fun. We actually arrived from Russia a few weeks ago so it’s first time in Valletta but we’re enjoying it a lot. A lot of sun, a lot of friendly people.”
“We like it because it’s small and we come from a small island in Scotland and we like it because the people are friendly and we like it because it’s sunny.”
Il-festa leħqet il-qofol tagħha b’purċissjoni mill-isbaħ li tiċċelebra proprju din il-ġrajja.
Intant waqt il-Quddies tal-okkażjoni, l-Arċisqof Charles Scicluna spjega kif din il-festa hi tradizzjoni li minn dejjem ħaddanniha.
Qal kif m’għandniex nagħmlu l-knejjes bħala mużewijiet tal-irħam u kif dak li ġabilna San Pawl mhux folkor, iżda rigal li miegħu jġib ir-responsabbiltà.