Tfajla tal-iskola instabet mejta wara li xorbot tip ta’ cider li qed jissejjaħ l-aktar xorb alkoħoliku rħis fir-Renju Unit.
Mega Craid-Wilkinson ta’ 16-il sena nstabet mejta minn ommha wara lejl barra mal-ħbieb, li fih xorbot ic-cider tad-ditta Frosty Jack, li fih 7.5% kontenut alkoħoliku.
Dan jista’ jinxtara fi fliexken tat-tliet litri, għall-prezz irħis ta’ £3.49. Fih l-istess alkoħol daqs li kieku wieħed ikun ħa 22 shots ta’ vodka. Esperti fil-qasam tas-saħħa qed jinsistu li din ix-xarba għandha ssir illegali llum qabel għada.