Xarabank tal-iskola qatlet mill-inqas 11-il persuna wara li baqgħet dieħla ġo ċorma nies inkluż ħames studenti, fil-provinċja Ċiniża ta’ Shandong.
Diversi persuni oħrajn sfaw midruba.
Minn filmati fuq il-midja soċjali jidher li x-xarabank daħlet ġol-istudenti u l-ġenituri meta dawn kienu barra l-gradi ta’ skola jistennew biex jidħlu ġewwa.
Rapporti internazzjonali qed jgħidu li għal xi raġuni s-sewwieq tilef il-kontroll tal-vettura u bħalissa jinsab taħt il-kustodja tal-pulizija biex tinvestiga l-kawża tal-inċident.
Għadu mhuwiex ċar jekk l-inċident kienx wieħed intenzjonat.
Dan l-inċident seħħ fl-ewwel jiem tas-sena skolastika Ċiniża.