Minn tal-inqas 16-il persuna tilfu ħajjithom wara li xarabank li kienet qed iġġorr ħaddiema li jaħdmu fil-kostruzzjoni baqgħet nieżla fil-Baħar Iswed f’Volna fir-Russja.
L-awtoritajiet qed jgħidu li l-kawża kienet li l-brejkijiet tax-xarabank kienu difettużi.
Abbord kien hemm 41 persuna fejn 24 minnhom ġew salvati. Persuna waħda għadha meqjusa nieqsa.
Tmien persuni ddaħlu l-isptar, fejn ħamsa minnhom jinsabu f’qagħda kritika.