Ir-Renju Unit mistenni jissieħeb fit-Trans-Pacific Partnership, it-TPP, wara Brexit, skont stqarrija mill-Prim Ministru Ġappuiż Shinzō Abe. Minkejja li l-Renju Unit jitlef l-irwol bħala l-fruntiera Ewropea wara Marzu tal-2019, xorta waħda dan se jżomm is-saħħa globali tiegħu, saħaq Abe.
Huwa qal dan filwaqt li ħeġġeġ kemm lir-Renju Unit kif ukoll lill-Unjoni Ewropea biex ikunu għaqlija fid-deċiżjonijiet finali tagħhom.
It-TPP huwa ftehim ta’ kummerċ bejn 11-il pajjiż, fosthom il-Ġappun, il-Kanada, u l-Awstralja.