Mill-Ġimgħa 13 sal-Ħadd 15 ta’ Diċembru, ONE se jkun qed ixandar xandiriet u programmi speċjali. Fl-okkażjoni tal-50 Anniversarju ta’ Malta Repubblika, ONE se jxandar il-quddiesa pontifikali ta’ ringrazzjament b’mod dirett mill-Konkatidral ta’ San Ġwann fid-9:00am.
Fi tmiem tal-quddies, ONE se jxandar intervista li Anton Falzon għamel mal-E.T. President Myriam Spiteri Debono sakemm għall-ħin tal-10:45am ONE jerġa’ jingħaqad b’mod dirett mal-Belt Kapitali għall-parata ċerimonjali mill-Forzi Armati ta’ Malta. F’nofsinhar issir iċ-ċerimonja tal-investitura u l-għoti tal-midalji fis-Sala tal-Gran Kunsill, fil-Palazz tal-Gran Mastru, il-Belt Valletta.
Għall-ħin tal-5:30pm l-istazzjon ONE pprepara dokumentarju Malta:50 Sena Repubblika u għad-9pm grazzi għal Festivals Malta u l-Fondazzjoni Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali ser insegwu spettaklu awdjoviżiv L-Istorja, Aħna li ser jittella’ fi Pjazza San Ġorġ.
Is-Sibt fid-8:45pm, għall-ewwel darba fuq it-televiżjoni se tintwera s-serata li tonora lill-awtur u poeta Ray Mahoney, L-għanja li ħadd ma jsikket filwaqt li l-Ħadd minn nofsinhar ‘il quddiem Maratona Ġbir ta’ Fondi b’risq il-Partit Laburista