Illejla ONE se jkun qed ikollu xandira speċjali li se tkun qed tibda għall-ħabta tat-20:15 ta’ filgħaxija. Din ix-xandira se tibda b’programm speċjali mtella’ minn Janice Bartolo fejn koppja gay se tkun qed tikkummenta dwar il-liġi li se temenda l-Att dwar iż-Żwieġ u Liġijiet.
Apparti minn hekk il-programm se jkun qed ikollu bosta mistednin, fosthom Alex Caruana li hu persuna transgender, Ray Mangion Professur tal-liġi, il-President tal-Partit Laburista Daniel Micallef, u Sarah Haider li hi attivista favur l-ugwaljanza.
Tul il-programm se jkunu qed isiru kollegamenti diretti fi Pjazza Kastilja fejn se tkun qed tixxandar iċ-ċelebrazzjoni storika kbira oħra dan hekk kif il-vot finali dwar iż-Żwieġ u Liġijiet se jkun trasmess b’mod dirett f’Pjazza Kastilja.
Wara dan il-programm speċjali, ONE se jkun qed ixandar il-bijografiji tat-tliet kandidati għal Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament, Chris Fearne, Helena Dalli u Edward Scicluna, bi produzzjoni ta’ Edward Montebello.