Illum l-istazzjonijiet ONE se jkunu qed iwasslu skeda ta’ programmi speċjali dwar il-baġit.
Fil-17.30 ONE jibda jxandar programm speċjali bi preżentazzjoni ta’ Karl Stagno Navarra li jkun segwit bil-qari tad-diskors tal-baġit mill-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna.Wara li jinqara’ l-baġit ONE iwassal bulettin tal-aħbarijiet dettaljat u fi tmiemu jissokta l-programm b’għadd ta’ mistiedna u kollegamenti li joffru l-ewwel reazzjonijiet għal baġit.
Iżda, l-analiżi tal-baġit ma tieqafx ma’ dawn ix-xandiriet speċjali. One Breakfast u Aġenda għada jibdew jidħlu fid-dettall tal-miżuri filwaqt li f’Arena jiżvolġi d-dibattitu politiku.