Fl-Al Thumama Stadium, wirja ta’ logħob mill-isbaħ mit-tim nazzjonali Spanjol li ġab fix-xejn lil Kosta Rika, bi skor qawwi ta’ 7-0. Logħba li fiha l-Ispanjoli kellhom il-kontroll assolut tal-pussess tal-ballun u telgħu fil-quċċata ta’ Grupp E.
Wara biss 11-il minuta Dani Olmo fetaħ l-iskor. Għaxar minuti wara Marco Asensio għamilhom 2-0 u għaxar minuti wara Fernan Torres minn penalty għamilhom 3-0.
Fit-tieni taqsima, l-Ispanjoli komplew ġejjin, meta fl-54 minuta reġa’ kien Torres li għamilhom 4-0.
Fl-74 minuta, kien imiss lil Gavi, l-iżgħar plejer Spanjol li skorja fit-Tazza tad-Dinja, sabiex jiskorja l-ħames gowl.
Fid-90 minuta Carlos Soler għamilhom 6-0 u fit-tieni minuta tal-ħin miżjud Alvaro Morata skorja l-gowl finali.
Illejla fit-20:00, minn Grupp F, jilagħbu l-Belġju kontra l-Kanada.
Ritratt: Shutterstock.